|
Itlob ma' S. Injazju u mal-Ġiżwiti |
|
|
|
Ruħ ta’ Kristu, qaddisni
Ġisem ta’ Kristu, salvani
Demm ta’ Kristu, sakkarni
Ilma tal-kustat ta’ Kristu, aħsilni
Passjoni ta’ Kristu, qawwini.
O Ġesù twajjeb, ismagħni:
Fil-pjagi tiegħek aħbini
u qatt minnek ninfired tħallini
mill-għadu ħażin, ħarisni.
Fis-siegħa ta’ mewti, sejjaħli
u niġi għandek amarli,
biex mal-qaddisin tiegħek infaħħ
għal dejjem ta' dejjem. Amen.
Din hija talba, ta' awtur mhux magħruf,
li Injazju jqiegħed fil-bidu tal-ktejjeb
ta' l-Eżerċizzi Spiritwali.
|
 |
|
 |
Ħu, Mulej u ilqa’
l-libertà tiegħi kollha,
il-memorja tiegħi,
id-dehen tiegħi
u r-rieda kollha tiegħi,
kulma għandi u kulma hu tiegħi.
Dan kollu inti tajthuli;
Lilek, Mulej, inroddu:
Kollox hu tiegħek,
agħmel minnu għalkollox kif trid int.
Lili agħtini mħabbtek u l-grazzja tiegħek:
Din biżżejjed għalija.
mill-Eżerċizzi Spiritwali, nru. 234.
|
|